2,700 sessjoni ta’ qari għat-tfal

Matul is-sena li għaddiet, kienu organizzati 2,694 sessjoni ta’ qari għat-tfal bħala parti mill-programm “Aqra Miegħi" u "Seħer l-Istejjer.
Dan qalu l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista George Puliccino.
B’kollox saru 2,107 sessjoni f’55 lokalità ta’ ta’ Aqra Miegħi u 587 sessjoni f’35 lokalità ta’ Seħer l-Istejjer.
Intant, fi tweġiba separata għall-mistoqsija tal-istess interpellant, Bartolo qal li fl-2015, fil-Libreriji Pubbliċi ġew mislufa 345,626 ktieb minn tfal taħt-13-il sena.