2,500 pazjent fil-kurituri matul l-2014

Matul is-sena 2014, kien hemm xejn inqas minn 2,500 pazjent li kellhom jorqdu fuq sodod fil-kurituri tal-Isptar Mater Dei.
Fi tweġiba għal Mistoqsijiet Parlamentari li saru mid-Deputat Nazzjonalista, Claudette Buttigieg, il-Ministru Konrad Mizzi żied jgħid li dan in-numru għandu jitqabbel mal-figuri tas-sena 2012, meta l-pazjenti ‘fi spazji barra s-swali’ kienu jammontaw għal aktar minn 8,000.
Għal mistoqsija separata, il-Ministru Mizzi qal li bejn Jannar tal-2014 u April tal-2015, 7 pazjenti mietu waqt li kienu qed jiġu rikoverati barra mis-swali ta’ Mater Dei.