2,405 student għall-breakfast club

In-numru ta’ studenti reġistrati biex jattendu l-Breakfast Club huwa ta’ 2,405.
Dan qalu l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea.
Is-Servizz tal-Breakfast Club huwa miftuħ għall-istudenti li jattendu fi skejjel primarji tal-istat u li l-ġenituri tagħhom jkunu qed jaħdmu.
L-istudenti huma maqsuma fi 11-il lokalità f’Għawdex u 51 lokalità f’Malta.