2,400 tifel u tifla qed jużaw is-servizz taċ-childcare b’xejn

Madwar 2,400 tifel u tifla li qed jużaw is-servizz‎ ta' Childcare b'xejn li l-Gvern nieda f'April ta' din is-sena.
Dan huwa servizz għall-familjja kollha, li jagħti wkoll l-opportunità lin-nisa joħorġu fid-dinja tax-xogħol billi jkomplu fil-karriera tagħhom filwaqt li jinstab bilanċ bejn ix-xogħol u l-familja. 
Din kienet waħda mit-temi diskussi waqt żjara li għamlet delegazzjoni min-Nisa Laburisti ‎lill-Ministru Helena Dalli bi tħejjija għall-Konferenza bit-tema "Nisa – Mexxejja f'Soċjetà li qed tinbidel" nhar il-Ġimgħa 22 ta'Awwissu.