Ritratti: Il-President fuq il-mutur ma’ John Bundy waqt il-Bike Ride

Kienu madwar 2,400 persuna li dalgħodu pparteċipaw fil-Bike Ride organizzata mill-Uffiċċju tal-President.
F’din l-attività, għadd ta’ ċiklisti u sewwieqa tal-muturi li ħadu sehem intalbu jagħtu donazzjoni ta’ €10 b’risq il-Malta Community Chest Fund.
Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca rringrazzjat lill-eluf li ħadu sehem fl-ewwel Bike Ride Nazzjonali.
F’indirizz li għamlet, il-President qalet li tħossha kburija li l-Maltin u Għawdxin ingħaqdu f’tim wieħed ta’ mħabba b’risq il-Malta Community Chest Fund. Sostniet li l-MCCF hu unika fond Nazzjonali li minnu jibbenefikaw mijiet ta’ persuni li jiġu bżonn l-għajnuna u s-sostenn meta jiltaqgħu ma’ sitwazzjonijiet ta’ mard serju bħal dak tal-kanċer.
 
Ritratti: DOI – Pierre Sammut