​2,330 persuna jgħixu fi djar tal-anzjani

Bħalissa 2,330 anzjan u anzjana jgħixu fi djar residenzjali.
Il-Ministru għas-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal fil-Parlament li minn dawn 1,093 qegħdin fir-Residenza San Vinċenz de Paule: 340 huma rġiel u 753 huma nisa.
Min-naħa l-oħra, qal li d-Dipartiment għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandu total ta’ 1,237 sodda mixtrija f'residenzi privati.