​2,200 imħarrka minħabba tipjip fil-pubbliku

2,245 persuna fl-2017 ġew imħarrka mill-Pulizija wara li nqabdu jpejpu f’postijiet pubbliċi fejn it-tipjip huwa projbit.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia.
Hu kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.