Konsum ta’ ​2.2 miljun MwH ta’ elettriku fis-sena

Fl-aħħar 10 snin, il-konsum medju tal-elettriku f’Malta kien ta’ 2.2 miljun MwH fis-sena.
Fl-2013, id-domanda għall-enerġija mhix alternattiva naqset bi 2.3% wara li sena qabel din kienet żdiedet b’4.6%.
Fl-aħħar snin, l-ikbar konsum tal-elettriku kien fl-2007 b’total ta’ kważi 2,300,000 MwH.
Mal-20% tal-konsum tal-elettriku matul is-sena kollha jseħħ fix-xhur ta’ Lulju u Awwissu.
Ċifri tal-NSO juru wkoll li żdiedet b’ammont sostanzjali l-kwantità ta’ enerġija ġġenerata f’Malta permezz ta’ sistemi ta’ enerġija alternattiva.
Minn 1,731 MwH fl-2010, dawn telgħu għal 36,692 MwH is-sena li għaddiet. Mal-84% ta’ din l-enerġija ġiet iġġenerata permezz ta’ pannelli fotovoltajċi.