2,000 persuna jniżżlu l-app biex jirrappurtaw il-bram

Is-sena li għaddiet l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu flimkien mal-Università ta’ Malta ħarġu app ġdida biex l-għawwiema f’Malta jkunu jistgħu jirrappurtaw bram li jkun hemm fil-bajjiet kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
Sa issa kien hemm 2,000 persuna li għamlet użu minn dan is-servizz u niżżlet din l-app fuq il-mowbajl.
L-app, li jisima MED-JELLY taħdem fuq sistema Android kif ukoll fuq Apple.
Permezz ta’ din l-app wieħed jista’ jpoġġi ritratti ta’ bram li jara fl-ibħra Maltin biċ-ċans li l-aħjar ritratti jiġu ppubblikati.
Tista’ wkoll tirraporta l-bram hawnhekk.