2,000 membru fil-korpi dixxiplinati jingħaqdu ma’ unjin

Il-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali Carmelo Abela qal li madwar 2,000 membru mill-korpi dixxiplinati ngħaqad ma’ waħda mill-Unjins li hija affiljata mal-General Workers Unions.
Minn dawn, 400 huwa suldat issieħbu fil-Unjin tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Il-Ministru qal dan waqt li delegazzjoni mill-Organizazzjoni Ewropea tal-Assoċjazzjonijiet Militari (EUROMIL) iltaqgħu sabiex għall-ewwel darba flimkien mal-partijiet ikkonċernati jagħtu bidu għal inizzjattivi ta’ koperazzjoni. 
L-għan ta’ din il-laqgħa kien li jaqsmu bejnithom għarfien u esperjenza dwar il-funzjoni ta’ trade union militari.
Dr Abela qal li bħalissa qed isir investiment fit-tagħmir teknoloġiku fl-iskwadra marittima, fit-taqsima tal-arju, ix-xiri ta’ vetturi militari, uniformijiet ġodda, bullet proof vests u sistemi ta’ kommunikazjzoni li jammontaw għal miljunu ta’ ewro minn fondi Ewropej u lokali.
Apparti dawn, il-Ministru fakkar fl-irduppjar tal-allowance tas-suldati, iż-żieda fl-allowance tas-snajja, it-tkabbir fl-opportunitajiet ta’ taħriġ barra minn xtutna u r- reklutaġġ kontinwu.
Min-naħa tiegħi l-President tal-EUROMIL, Emanuel Jacob qal b’sodisfazzjon li grazzi għal dan id-dritt, Malta saret l-ewwel pajjiż fil-Mediterran fejn l-Armata għandha trade union u mhux assoċjazzjoni.
Preżenti kien hemm ukoll il-Brigadier tal-FAM Jeffrey Curmi, il-Kulunel tal-Armata Belġjana John Cuviller, iċ-Chairman tat-trade union militari Olandiża Ton de Zeeuw, membri mill-Assoċjazzjoni tat-trade union militari Żvediża, u rappreżentati mill- GWU u AFU.

Ritratt: DOI- Jason Borg