1,924 tifel u tifla vulnerabbli se jaqilgħu rigal dan il-Milied

1,924 tifel u tifla vulnerabbli se jaqilgħu rigal dan il-Milied permezz tal-inizjattiva Children’s Dreams.

Tħabbar li b’rekord, imtlew il-ħtiġijiet kollha li kien hemm għal din is-sena f’temp ta’ għaxart ijiem.

L-għan ewlieni ta’ din il-kampanja hu li jinqatgħu x-xewqat tat-tfal vulnerabbli li jkunu għaddejjin minn sitwazzjonijiet diffiċli. B’hekk dawn it-tfal jirċievu r-rigal li jixtiequ fi żmien il-Milied u jtaffu xi ftit mid-diffikultà li jkunu għaddejjin minnha.

This is an absolute record ! We reached our target and the dreams are now 100% fulfilled ! 🙂🎁🎄 Thank you all so much for…

Posted by Children's Dreams – Malta on Tuesday, October 27, 2020

Children’s Dreams hija inizjattiva li twaqqfet f’Malta fl-2012 fuq inizjattiva ta’ Lina Pecorella b’kollaborazzjoni mal-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali.

Dawk li se jagħtu rigal lil dawn it-tfal tfakkru li jridu jieħdu r-rigali li jixtru sas-16 ta’ Diċembru fl-indirizz 50, Triq il-Għasel, il-Mosta.