191 każ ġdid u 2 imwiet bil-coronavirus

elderly-people-wearing-face-masks
Ritratt: Miguela Xuereb

Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar 191 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 77 persuna. Il-każijiet il-ġodda nstabu mit-3,639 swab test li saru.

Għalhekk issa hawn total ta’ 2,047 każ attiv.

Mietu żewġ anzjani nisa: ta’ 84 sena fl-Isptar Mater Dei, li rriżultat pożittiv fil-Milied, u mara oħra ta’ 77 sena f’San Vinċenz de Paule. Hija rriżultat pożittiv fl-10 ta’ Diċembru.

B’hekk f’Malta kien hawn 230 persuna li mietu bil-coronavirus.

OFFICIAL COVID-19 figures for 08•01•2021Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Friday, January 8, 2021

Dan qalitu wkoll is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci fil-konferenza tal-aħbarijiet tagħha ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa.