190 passiġġiera tal-Ryanair jirċievu ċekkijiet invalidi

Passiġġiera tar-Ryanair li rċivew kumpens għat-titjiriet ikkanċellati jew ittardjati ġew mitluba jħallsu wara li l-banek irrifjutaw iċ-ċekkijiet.

Il-BBC qalu li sa 190 passiġġiera rċivew ċekkijiet mhux iffirmati. Filfatt, b’konsegwenza ta’ dan, mara lmentat li kellha tħallas €20 bħala tariffa lill-bank wara li kienet ilha 11-il xahar tistenna l-kumpens.

Ryanair talbet skuża u spjegat li l-problema kienet “żball amministrattiv”. Iċ-ċekkijiet nħarġu mill-ġdid lill-klijenti flimkien ma’ ittra ta’ spjegazzjoni fil-15 ta’ Awwissu.

Skont il-figuri tal-kumpanija tal-arju stess, aktar minn miljun passiġġier ta’ Ryanair kellhom titjiriet fl-Ewropa kkanċellati jew ittardjati, minn April li għadda.

L-istrajk tal-bdoti tal-10 ta’ Awwissu wasal sabiex jiġu kkanċellati kważi 400 titjira.
L-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili reċentement emfasizzat li passiġġiera maqbuda fi strajks għandhom japplikaw għall-kumpens.

Ryanair, li hija l-ikbar kumpanija tal-arju fl-Ewropa bi prezzijiet baxxi qalet li d-dewmien tat-titjiriet kienu konsegwenza tal-maltemp jew it-traffiku tal-ajru.

Bħala soluzzjoni biex “iħaffu l-imbark” fuq it-titjiriet, Ryanair qed tenforza r-regoli dwar l-bagalji li l-passiġġiera jistgħu jtellgħu magħhom.