190 miljun Indonesjan jagħżlu President ġdid

Il-poplu tat-tielet l-ikbar demokrazija fid-dinja, l-Indonesja, illum se jivvota għall-kandidat favorit tagħhom fit-tellieqa għal President tal-pajjiż.
Huma aktar minn 190 miljun il-persuni li huma eleġibbli li jivvutaw.
L-għażla hija bejn il-gvernatur ta’ Jakarta, Joko Widodo u l-eks uffiċjal tal-armata, Prabowo Subianto.
Skont l-istħarriġ li sar s’issa jidher li din se tkun elezzjoni akkanita ferm.