19-il turist imutu fl-Eġittu

19-il turist mill-Ingilterra, Franza, Hong Kong u l-Ġappun inqatlu wara li ballun tal-arja kraxja qrib fil-belt Eġizzjana ta’ Luxor.

Il-ballun kien qed itir f’għoli ta’ 300 metru meta ħa n-nar u sploda, bil-biċċiet jiniżlu fl-għelieqi.

Il-persuni li kienu fuq il-ballun qabadhom paniku kbir, b’uħud jaqbżu għal isfel, f’għoli ta’ madwar seba’ sulari.

Żewġ persuni, inkluż il-pilota, irenxxielhom isalvaw. L-għan tat-titjirja kien li l-persuni, li kienu turisti, ikollhom veduta mill-isbaħ tal-attrazjonijiet fil-belt ta’ Luxor.