​19-il theddida ta’ bomba fil-Qorti

Fil-bini tal-Qorti tal-Maġistrati fl-aħħar ħames snin saru 19-il theddida ta’ bomba.
L-aktar sena li rat minnhom kienet l-2014, bi 11-il theddida mifruxa bejn Jannar u Diċembru.
Fl-2013 saru tliet theddidiet, waħda fl-2015, u tnejn fl-2016 u fl-2017.
Intant, fil-bini tal-Qorti t’Għawdex ma saret l-ebda theddida ta’ bomba mis-sena 2013 sal-lum.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici għall-mistoqsijiet parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina.