19-il sena ħabs talli ffalsifikaw kuntratti fis-Slovakkja

In-negozjant akkużat bil-qtil tal-ġurnalist Jan Kuciak

Fis-Slovakkja, Marian Kocner u Pavol Rusko nstabu ħatja li ffalsifikaw xi kuntratti.

In-negozjant Kocner huwa akkużat f’każ separat li huwa l-moħħ wara l-qtil tal-ġurnalist Jan Kuciak u l-għarusa tiegħu.

Il-Qorti Kriminali Speċjalizzata wasslet il-verdett tagħha wara proċeduri li damu għaddejjin 25 jum.

Kocner u Rusko kienu akkużati li ffalsifikaw noti promissorji li Kocner uża biex jikseb €69 miljun mis-sid kurrenti ta’ Markiza fl-2016. Messaġġi li nstabu fil-mowbajl tiegħu indikaw li huwa pprova jinfluwenza lil xi mħallfin, li wħud minnhom affaċċjaw proċeduri dixxiplinarji minn mindu ħarġet din l-aħbar. Oħrajn irreżenjaw.

Iż-żewġ irġiel intbagħtu l-ħabs għal 19-il sena. Kocner irid iħallas multa ta’ €10,000.

Il-verdett għadu mhux effettiv. Huma jistgħu jappellawh u l-każ jgħaddi għand il-Qorti Suprema.