19–il prodott tal-ikel irtirat mis-suq

Matul l-aħħar ħames snin kien hemm 19–il prodott tal-ikel li ġie rtirat
mis-suq minħabba kontaminazzjoni ta’ residwi ta’ pestiċidi. L-aktar prodott komuni kien Dried Goji berries li ġie rtirat mis-suq ħames darbiet fl-aħħar sentejn. Bajd u prodotti tal-bajd, konsenji ta’ larinġ, ħawħ frisk u bżar impurtat kien ukoll irtirati mis-suq. Barra minn dawn kien hemm ukoll ikel għat-trabi kien fost prodotti oħra maqlugħa mis-suq.
Fl-istess perjodu kien hemm 13–il persuna li ddaħħlu fiċ-Ċentri tas-Saħħa jew l-Isptar isofru minn intossikazzjoni akuta jew kronika minħabba li kienu esposti għall-pestiċidi inkluż residwi ta’ pestiċidi preżenti fl-ikel.

Dan it-tagħrif ingħata mill-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne fil-parlament għal mistoqsijiet parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.