19-il pajjiż jużaw tfal bħala suldati

Mill-inqas 19-il pajjiż, fosthom il-Kolumbja, jużaw tfal bħala suldati għall-ġlied.
L-Aġenzija Fides ikkwotat rapport ta’ Amnesty International, li jkopri sal-2012, li jgħid li hu diffiċli li wieħed jikkwantifika kemm hemm tfal sfruttati bħala suldati li qed jieħdu sehem f’kunflitti madwar id-dinja.
Madankollu hemm mill-inqas 19-il pajjiż li flimkien jużaw miljuni ta’ tfal li ħafna minnhom jinħatfu mit-toroq jew mill-iskejjel tagħhom.
Dawn il-pajjiżi jużaw lit-tfal għax faċli tbeżżagħhom, jobdu iktar malajr u ma jitkellmux minkejja li jiġu sfruttati. Fil-każ ta’ tfal bniet, ħafna minnhom jiġu stuprati.