19-il pajjiż iwiegħdu $20b investiment għar-riċerka ambjentali

F’Pariġi dalgħodu, fil-ftuħ tal-konferenza tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar il-bidla fil-klima, 19-il pajjiż wiegħdu li jirduppjaw l-investiment tagħhom fir-riċerka dwar l-enerġija alternattiva.
L-Istati Uniti, ir-Renju Unit, il-Kanada, iċ-Ċina, il-Brażil, l-Indja u l-Afrika t’Isfel huma fost il-pajjiżi li wiegħdu $20 biljun, jew €19-il biljun fuq ħames snin, biex joħolqu inizjattiva simili għal dik li wiegħdu biljunarji madwar id-dinja fosthom, Bill Gates u Mark Zuckerberg, li joħolqu prodotti teknoloġiċi li jirrispettaw l-ambjent.
L-aħbar ħarġet hekk kif iktar minn 130 mexxej politiku minn madwar id-dinja qed jiltaqgħu f’Pariġi, fil-bidu ta’ ġimagħtejn taħdidiet f’konferenza organizzata min-Nazzjonijiet Magħquda (COP21).