​19-il mara u 5 itfal imutu meta jegħreq bihom dinghy

Għexieren ta’ ħajjiet oħra ntilfu fl-aħħar sigħat fil-Mediterran, minkejja kull sforz li qed isir minn għadd ta’ pajjiżi.
Il-ġurnal tal-Vatikan “L’Osservatore Romano” jirrapporta kif mas-97 persuna għadhom rappurtati nieqsa u 23 ġew salvati waqt li dawn kienu fuq dinghy qrib il-Libja, li kellha taqsam bejn l-Ewropa.
Jidher li d-dinghy li kienu fuqu għereq għal kollox minħabba li fuqu kellu piż żejjed ta’ madwar 120 persuna.
F’din l-aħħar traġedja, fost dawk nieqsa jidher li hemm 19-il mara u ħamest itfal. It-23 li salvaw twasslu lura l-Libja mill-gwardja kostjera ta’ Tripli, fejn huwa maħsub li dawk nieqsa spiċċaw kollha biex tilfu ħajjithom.