19-il atleta Malti f’Ironman fl-Awstrija

Din is-sena, it-triatlon Ironman fl-Awstrija rat 19-il atleta Malti, uħud mill-liem huma ġodda għal din ir-rotta. Din it-tellieqa hija bla dubju waħda mill-aktar tlielaq imfittxija mill-Maltin.

Fost dawk li telgħu għal din it-tellieqa nsibu lil Graham Borg, atleta sinonimu mat-tlielaq fuq distanzi twal. It-tellieqa ta’ din is-sena għenet lil Borg jirritorna għal dawn it-tlielaq, wara li erba’ snin ilu huwa kellu inċident matul Ironman Mexico. Borg spjega kif biex jieħu sehem f’din it-tellieqa, huwa kellu jitlef tlielaq iqsar sabiex ikun jista jiffoka fuq dawn id-distanzi.

Felicienn Mercieca, hija l-ewwel atleta mara Għawdxija li spiċċat l-Ironman. Hija spjegat li bħala Għawdxija, minħabba ta’ nuqqas ta’ faċilitajiet f’Għawdex, hija kellha tinżel Malta kmieni filgħodu bosta drabi fost il-ġimgħa sabiex titħarreġ.

L-atleti Maltin fl-Awstrija li temmew b’suċċess it-tellieqa kienu Steven Apap Bologna, Claire Azzopardi Lane, Stephen Banavage, Nicholas Bilocca, Josef Bonavia, Graham Borg, Samuel Borg, Stefan Borg, William Brydon, Victor Calvagna, Isabelle Caruana, Anthony Fenech, Elaine Fenech, Edmond Friggieri, Mark Galea, Michael Galea, Felicienne Mercieca, Marvic Mizzi u Daren Zahra.