19,000 persuna nqatlu u 36,000 ndarbu f’21 xahar ġlied fl-Iraq

Rapport tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar is-sitwazzjoni fl-Iraq juri li aktar minn 19,000 persuna ċivili nqatlu u aktar minn 36,000 oħra ndarbu waqt il-ġlied fil-pajjiż bejn Jannar tal-2014 u Ottubru tal-2015.
In-Nazzjonijiet Magħquda ħarġet ukoll lista ta’ atroċitajiet li twettqu mill-membri tal-Istat Iżlamiku filwaqt li appellat lill-Gvern Iraqqin biex tieqaf il-vjolenza kontra l-minoranzi u jgħin lill-famiji li jridu jmorru lura fil-pajjiż.
Huwa mifhum li madwar 3,500 ċittadin Iraqqin qed jinżammu bħala skjavi mill-ġiħadisti tal-Istat Iżlamiku jew grupp oħra terroristiċi fil-pajjiż.
Ir-rapport isostni li l-maġġoranza ta’ dawn l-iskjavi ġejjien minn gruppi etniċi fil-minoranza jew komunità reliġjużi li wkoll huma fil-minoranza.
Fl-istess żmien, bejn Jannar tal-2014 u Ottubru tal-2015, kienu aktar minn 3.2 miljun il-persuni li kellhom jaħarbu l-vjolenza.