Read in English.
Illum tħabbru 189 każi ġodda tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 107 persuna oħra.
Il-każijiet il-ġodda nstabu mit-3,405 swab test li saru fl-aħħar 24 siegħa. Bħalissa hawn 2,601 każi attiv ta’ COVID-19.

Ilbieraħ kien hemm 240 każ ġdid, li 159 minnhom għadhom qed jiġu investigati. L-oħrajn ittieħdu b’dan il-mod:
- 45 każ fost il-familji
- 15-il każ minn postijiet tax-xogħol
- 6 każijiet ta’ nies li kellhom kuntatt dirett ma’ oħrajn bil-virus
- 15-il każ minn attivitajiet soċjali fejn kien hemm persuni bil-virus.
Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn.