184 każ ġdid tal-Covid-19 u jfiqu 82 persuna

a-nun-wearing-a-face-mask
Ritratt: Miguela Xuereb

Read in English.

Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar 184 każ ġdid tal-coronavirus, filwaqt li fiequ 82 persuna. Il-każijiet il-ġodda nstabu mit-3,298 swab test li saru.

Għalhekk, issa f’Malta hawn 2,322 każ attiv tal-coronavirus.

OFFICIAL COVID-19 figures for 10•01•2021Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Sunday, January 10, 2021

Ilbieraħ instab numru rekord ta’ każijiet: 245 każ. Minn dawn kien hemm:

  • 49 każ ta’ persuni li kellhom lil xi ħadd fil-familja bil-virus
  • 20 każ minn fuq postijiet tax-xogħol
  • 18-il każ ta’ nies li kellhom kuntatt dirett ma’ oħrajn bil-virus
  • 15-il każ minn attivitajiet soċjali fejn kien hemm persuni bil-virus

B’hekk jidher li l-oriġini ta’ 143 każ għadha ma nstabitx.