18,000 talbu l-għajnuna għall-miżuri tan-negozju – Schembri

Valletta empty due to coronavirus
Miguela Xuereb

Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri ħabbar li kien mat-18,000 persuna li rrikorrew permezz tat-telefon, emails, helpline jew Facebook biex jitolbu għall-għajnuna minħabba li l-intrapriżi tagħhom ġew milquta mill-imxija tal-Coronavirus. Spjega li minn dawn, 3,000 minnhom irrikorrew għandu bħala Ministru jew fis-segretarjat tiegħu.

Meta kien qed iwieġeb serje ta’ mistoqsijiet supplementari, Schembri qal li minn dalgħodu, Malta Enterprise estendiet il-lista ta’ negozji eleġibbli għall-għajnuniet finanzjarji li issa tinkludi l-industrija tal-films u l-fotografi.

Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar dawn l-aħħar miżuri ekonomiċi l-ġimgħa li għaddiet f’konferenza tal-aħbarijiet.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn