1,800 ġenitur quddiem it-Tribunal għax uliedhom fallew l-iskola

Matul is-sena skolastika li għaddiet, kien hemm 1,759 ġenitur li ttellgħu tribunal minħabba assenteiżmu ta’ wliedhom mill-iskejjel.

Dan qalu l-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Laburista Etienne Grech.

Bartolo spjega kif dawn il-ġenituri ġew irreferuti lis-sistema legali minħabba li ma jkunux taw raġuni valida lill-amministrazzjoni tal-iskejjel rispettivi meta t-tfal fallew mill-iskola għal iktar minn tlett ijiem konsekuttivi.