180 multa kkonvertiti f’ħabs fl-aħħar sena

Fl-aħħar sena kien hemm 180 multa li ġew ikkonvertiti f’sentenza ta’ priġunerija.
Il-Ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qal dan fil-Parlament fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi.
Iċ-ċifra tinkludi sentenzi ta’ multa mogħtija mill-Qrati tal-Ġustizzja, kemm ta’ Malta kif ukoll t’Għawdex.