180 infermier ġdid fis-Servizz tas-Saħħa Pubblika fl-2015

Matul l-2015 il-Gvern impjega 180 infermier ġdid fis-servizz tas-saħħa pubblika.
Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa Konrad Mizzi fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Silvio Parnis.
Madwar 7% tar-rekluti bejn Jannar u Diċembru 2015 kienu barranin. Il-bqija, 167 kienu Maltin.