18-il żona pedonali jinħaslu fis-sajf, sebgħa biss fix-xitwa

Tmintax-il żona pedonali fi 14-il lokalità differenti jinħaslu permezz ta’ makkinarju matul ix-xhur tas-sajf, iżda fix-xitwa in-numru jinżel għal sebgħa.
Dan joħroġ minn informazzjoni mqiegħda fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti mill-Ministru għall-Infrastruttura Joe Mizzi fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Laburista Deborah Schembri.
Mizzi spjega li fis-sajf il-ħasil isir f’Buġibba, l-Qawra, Paceville, Tas-Sliema, erba żoni fil-Belt, l-Imdina, Bormla, l-Isla, l-Birgu, Wied iż-Żurrieq, Marsaxlokk, Marsascala, Birżebbuġa, l-Gżira u Ta’ Xbiex. Fix-xitwa l-ħasil isir biss f’Buġibba, l-Qawra, l-erba żoni fil-Belt u Marsaxlokk.