18-il xahar ħabs wara serqa ta’ fwejjaħ mill-Ajruport ta’ Malta

Bjorn Borg ta’ 33 sena ntbagħat 18-il xahar ħabs wara lammetta li seraq b’aktar minn €5,000 fi fwejjaħ minn ħanut fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, u ieħor in-Naxxar.
L-akbar serqa, dik tal-fwejjaħ, twettqet fil-11 ta’ Diċembru li għadda, filwaqt li s-serqa l-minuri saret ix-xahar li għadda.
Ir-raġel, li joqgħod l-Isla, għandu l-vizzju tad-droga, u għalhekk il-Qorti talbet lid-Direttur tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sabiex Borg jingħata dak kollu li jeħtieġ sabiex jiġġieled lill-vizzju.
Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Maġistrat qal li s-sentenza rriflettiet il-fatt li Borg diġà nstab ħati qabel ta’ reati simili, u ma bidilx l-atteġġjament tiegħu.