Raġel ta’ 30 sena ġie kkundannat 18-il xahar ħabs wara li wieġeb li huwa ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Ir-raġel kien akkużat li baqa’ jagħti fastidju lill-eks sieħba tiegħu minkejja li kien ordna mill-Qorti biex ma jersaqx lejn il-mara. Huwa deher għaddej bil-karozza fit-triq fejn toqgħod l-eks sieħba tiegħu.
F’Ottubru r-raġel kien tressaq il-Qorti akkużat bi vjolenza domestika.
Ir-raġel wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih minkejja li ngħata twissija dwar il-kosegwenzi ta’ din l-isqarrija.
Min-naħa tiegħu l-Maġistrat irrevoka l-ħelsien mill-arrest tar-raġel u kkundannah sena u nofs ħabs.