18-il xahar ħabs wara li nqabdet tisraq minn lukanda

Mara ngħatat sentenza ta’ 18-il xahar ħabs sospiża għal tliet snin wara li ammettiet li serqet minn lukanda f’San Pawl il-Baħar.
Il-mara Eġizzjana ammettiet fil-Qorti li serqet mill-lukanda numru ta’ drabi dan ix-xahar.
Fil-Qorti dalgħodu l-prosekuzzjoni qalet dwar kif il-Pulizija rnexxielha taqbad il-ħalliela hekk kif mill-investigazzjoni rriżulta li kull meta kien hemm serqa l-istess persuna kienet qed tidħol u toħroġ mil-lukanda.
Il-prosekuzzjoni żiedet tgħid li l-mara kkoperat mal-Pulizija u rritornat l-ammont kollu tal-flus li serqet, li jammonta għal €715, u l-affarijiet kollha li serqet.
Fuq talba tad-difiża l-Maġistrat Gabriella Vella ordnat biex l-isem tal-mara ma jixxandarx.
Ritratt: arkivji