18-il xahar ħabs sospiżi talli kisser karozza li mhix tiegħu

Raġel ingħata 18-il xahar ħabs sospiżi għal sentejn minħabba danni li kkawża fuq karozza ta’ ħaddieħor.
Il-Pulizija qalet fi stqarrija li r-raġel ta’ 45 sena mill-Qala ikkawża ħsara volontarjament fuq karozza li mhix tiegħu nhar il-Ħadd li għadda f'Għajnsielem.
L-akkużat ammetta minnufih l-akkużi miġjuba kontrih, u kien ordnat ukoll iħallas id-danni ta’ €2,500 li kkawża fuq il-karozza.
Ritratt: Arkivji