18-il xahar ħabs; kellu materjal pornografiku tat-tfal

Read in English.

Raġel ta’ 36 sena minn Ħal Għaxaq ġie kkundannat għal 18-il xahar ħabs wara li wieġeb ħati li kellu materjal pornografiku tat-tfal fil-pussess tiegħu fuq il-mowbajl kif ukoll fuq il-kompjuter.

Ir-raġel kien akkużat ukoll li xerred dan il-materjal pornografiku li kien jinkludi t-tfal. Quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella, il-prosekuzzjoni ppreżentat numru ta’ oġġetti li jappartjenu lir-raġel fosthom il-mowbajl tiegħu.

Il-Maġistrat laqgħet it-talba tad-difiża biex ikun hemm divjett fuq l-isem tal-akkużat. Fis-sentenza tagħha l-Maġistrat Gabriella Vella kkundannat lir-raġel 18-il xahar ħabs u tat ordni tat-trattament lir-raġel għal sentejn kif ukoll ordni biex ir-raġel jirriabilita lilu nnifsu mill-problema tad-droga.

Il-Qorti ordnat ukoll li kull materjal pronografiku għandu jiġi meqrud. L-avukat Mario Mifsud deher għall-akkużat.