18-il student bid-dijabete fl-iskejjel tal-istat

18-il student b’kollox ibati bid-djabete fl-iskejjel tal-istat. Dawn qed jingħataw assistenza minn infermiera li ddur l-iskejjel fejn jattendu huma.

Din l-informazzjoni taha l-Ministru għall-Edukazzjoni Owen Bonnici fil-Parlament, meta mistoqsi mid-Deputat Speaker tal-Kamra, Claudette Buttigieg.

Buttigieg qalet li waqt laqgħa tal-Kumitat Parlamentari fuq id-Dijabete li saret fit-13 ta’ Novembru, kien ħareġ illi tfal bid-dijabete mhux jingħataw servizz ta’ infermiera fl-iskejjel tal-istat. Hi staqsiet x’passi beħsiebu jieħu l-Gvern dwar dan.

Il-Ministru wieġeb li l-MEDE kompliet b’diskussjonijiet mal-konsulent tal-Isptar Mater Dei biex jibnu fuq it-taħriġ li jingħata lill-first aiders. Qal li tkompliet il-ħidma biex fl-iskejjel ikun hemm żewġ first aiders.