18-il sena ħabs talli pprova joqtol mara f’San Ġiljan

Read in English.

Raġel ngħata sentenza ta’ 18-il sena ħabs wara li nstab ħati li pprova joqtol mara f’San Ġiljan waqt serqa fl-2016.

L-Imħallef Giovanni Grixti ordna wkoll lil Rawad Briga Abdelsalam biex iħallas multa ta’ €7,282.

Il-każ kien seħħ fit-28 ta’ Awwissu 2016. Mariel Agius, li dak iż-żmien kellha 25 sena kienet miexja ma’ ħabiba fi Sqaq Lourdes f’San Ġiljan. Il-ħabiba tagħha, Justina Seinkiewicz, kellha hand bag li kien fih mobile u €20.

Hu mifhum li l-akkużat mar fuq Agius u Seinkiewicz, u pprova jisirqilhom il-basktijiet.
F’mument minnhom, ħareġ sikkina u pprova jħanxar għonq Agius, imbagħad telaq bil-basket b’kollox. L-akkużat kien talab lill-Qorti biex iħalluh jammetti l-akkużi ta’ attentat ta’ qtil, filwaqt li nsista li ma riedx li jweġġa’ lill-vittma. Agius weġġgħet b’mod gravi waqt l-attakk.

3 ġimgħat qabel il-każ: Iweġġa’ lil raġel ieħor waqt li pprova jisirqu

Tliet ġimgħat qabel ma seħħ il-każ ta’ San Ġiljan, Rawad Briga Abdelsalam Libjan weġġa’ gravi lil Owen John Carabott f’attentat biex jisirqu. Ta’ dan laqqat sentenza ta’ 18-il xahar ħabs.

“Vittma li għonqha ġie mħanxar se tingħata ċans titkellem fil-Qorti”

Il-Qorti kienet ssospendiet il-każ li fih l-akkużat ammetta li ħanxar għonq mara meta kien qed jipprova jisraqha. Il-każ kien ġie sospiż sakemm ma l-vittma tgħid x’tixtieq li jsir hi.

Dan il-każ qed jiġi kkunsidrat bħala x’aktarx l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu. L-Imħallef Giovanni Grixti ħa din id-deċiżjoni taħt l-Att tal-Vittmi ta’ Kriminalità.