18-il ruħ vittma ta’ nar fuq ferrovija f’Honk Kong

Mill-inqas 18-il persuna sfaw feruti fuq ferrovija f’Honk Kong.
L-inċident seħħ il-Ġimgħa filgħaxija wara li raġel ta’ 60 sena qabbad nar fuq ferrovija.
Il-vittmi ttieħdu fi sptarijiet lokali u l-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.
Ir-raġel ġie arrestat u akkużat fuq vandaliżmu.