​18-il rotta alternattiva waqt il-proġett tal-Kappara

Waqt li jkunu għaddejjin ix-xogħlijiet fuq il-proġett tal-flyover tal-Kappara, se jintużaw 18-il rotta alternattiva biex jakkomodaw aħjar id-domanda tat-traffiku.
Fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari mid-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono, il-Ministru għat-Trasport Joe Mizzi ppreżenta l-lista tar-rotot alternattivi.
Dawn huma:

  • Triq l-Istefanotis, Triq il-Pelikan u Triq il-Qasam bejn is-Swieqi u San Ġwann
  • Triq l-Ibraġ bejn is-Swieqi u San Ġwann
  • Triq Serracino Inglott u Triq Ħal Għargħur bejn San Ġwann u Birkirkara
  • Triq Dun Karm, Birkirkara
  • Triq il-Baltiku, Triq il-Bies u Triq Caligares f’San Ġwann
  • Triq Salvu Busuttil, San Ġwann
  • Ix-Xatt (Triq Borg Olivier) San Ġiljan
  • Ix-Xatt Tas-Sliema
  • The Strand il-Gżira
  • Ix-Xatt ta’ Ta’ Xbiex
  • L-Industrial Estate ta’ San Ġwann
  • Triq Bellavista, Vjal ir-Rihan, Triq in-Naxxar f’San Ġwann
  • Triq Birkirkara u Telgħet San Ġiljan f’San Ġwann/San Ġiljan
  • Rue D’Argens Imsida u Gżira
  • Triq Reggie Miller, Gżira
  • Triq Luqa Briffa, Gżira
  • Triq Testaferrata minn Ta’ Xbiex sal-Gżira
  • Triq MA Vassalli, Imsida

Il-Ministru spjega kif mistennija jiġu sospiżi l-priority lanes bejn Tas-Sliema u Ta’ Xbiex, biex iżidu l-kapaċità tat-triq. 
Barra minn hekk it-triq mill-Ferries ta’ Tas-Sliema sal-Imsida se tinbidel għal żewġ karreġġjati għat-traffiku f’din id-direzzjoni.