18-il psikologu ġdid jingħataw il-warrant

DOI - Pierre Sammut

Read in English.

18-il psikologu ngħataw il-warrant tal-psikoloġija biex b’hekk issa jistgħu jibdew jipprattikaw il-professjoni b’mod komplut u skont il-prattiċi professjonali.

Dan tħabbar fi stqarrija mill-Ministeru għall-Familja wara li saret iċ-ċerimonja tal-gradwazzjoni t-Tnejn filgħaxija. Filwaqt li awgura kull suċċess lill-gradwati, il-Ministru Michael Falzon appella lill-psikologi biex jittrattaw lill-klijenti tagħhom fiċ-ċentru tat-terapija filwaqt li jifhmu s-sitwazzjoni b’mod ħolistiku.

Tenna li hemm bżonn li kulħadd jirrikonoxxi li qed ngħixu f’soċjetà multi-kulturali, fejn persuni b’kulturi u fehmiet differenti qed jgħixu flimkien f’pajjiż wieħed u għaldaqstant insista li importanti li l-psikologi jagħtu każ dawn ir-realtajiet ġodda.