Bejn l-2017 u l-2019, il-Pulizija ħadet passi kriminali kontra 18-il persuna li xerrdu kliem ta’ mibegħda.
Il-Ministru Bryon Camilleri fil-Parlament spjega li fl-2017 kien hemm tliet persuni li xerrdu dan il-kliem; erba’ persuni fl-2018; u 11-il persuna fl-2019.
Il-Ministru kien qiegħed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Mario Galea.
Camilleri żied li xi każijiet għadhom ma tressqux il-Qorti minħabba l-imxija tal-coronavirus.