18-il Palestinjan jingħataw il-piena tal-mewt għax ħadmu ma’ Iżrael

Il-Ħamas qal li minn tal-inqas 18-il Palestinjan ngħataw il-piena tal-mewt wara li allegatament kienu jaħdmu minn taħt ma’ Iżrael.
Dawn l-imwiet ġraw wara li lbieraħ, attakk mill-ajru ta’ Iżraelm qatel tliet mexxejja tal-Ħamas.  Tul dawn is-sitt ġimgħat, minn kemm ilu li reġa’ beda dan l-inkwiet, mietu aktar minn 2,070 Palestinjan u 66 Iżraeljan.
L-attakki bejn it-territorju Palestinjan u Iżraeljan reġa’ beda nhar it-Tlieta li għadda wara li l-isforzi ta’ ftehim fil-Kajr ma wasslu għal imkien.