18-il NGO tgawdi minn fondi b’risq proġetti soċjali

18-il għaqda mhux governattiva se tibbenefika minn fondi li jammontaw għal nofs miljun ewro b’risq proġetti soċjali mill-Fond għall-Għaqdiet Volontarji.
Waqt ċerimonja fil-Palazz ta’ San Anton, il-Professur Carmel Borg, iċ-Ċermen tal-Kumitat tal-Fond għall-Għaqdiet Volontarji spjega kif, mal-iffirmar tal-kuntratt, l-għaqdiet li ntgħażlu kienu se jiġu ippreżentati b’40% tas-somma globalment allokata għal proġett  partikolari li applikaw għalih.
35% tas-somma allokata tingħata lill-għaqdiet wara li l-Bord jevalwa u japprova rapport interim li jrid jiġi ppreżentat fl-ewwel ġimgħa ta’ Ottubru 2018. Il-Professur kompla jispjega kif il-bqija tal-25% tas-somma tingħata wara li l-bord jevalwa u japprova rapport finali li jrid jiġi ppreżentat fl-ewwel ġimgħa ta’ Lulju 2019.
Fid-diskors tagħha, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca stqarret  li tinsab kburija li permezz tal-fondi li ġew imqassma se jibbenefikaw ammont ta’ proġetti soċjali li qegħdin f’diversi oqsma bħad-drittijiet umani, saħħa mentali, żgħażagħ, diżbilità, learning difficulties, servizzi ta’ salvataġġ u l-ewwel għajnuna, faqar u esklużjoni soċjali.
L-għaqdiet li se jibbenefikaw huma:

  • Platform for Human Rights Organisations of Malta
  • Hospice Malta
  • JRS
  • SOS Malta
  • CORE Platform
  • St John Rescue Corps
  • St Jeanne Antide Foundation
  • Richmond Foundation
  • Intelligent Transport Systems
  • Dar Ġużeppa Debono
  • Youtheme Foundation
  • Cross Culture International
  • Eden and Razett Foundation
  • Fondazzjoni Wens u Għaqda Żgħażagħ b’Diżabilita’
  • Friends of Thouret
  • Malta Red Cross Society
  • Fondazzjoni Mid-Dlam għad-Dawl