18-il mowbajl ssekwestrati mill-ħabs din is-sena

Din is-sena biss, il-gwardjani fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin diġà ssekwestraw 18-il mowbajl li nstabu għand il-priġunieri.
Il-Ministru ghall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia qal fil-Parlament li s-sena l-oħra kien hemm 28 mowbajl, sitt chargers u internet key.
Għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi, il-Ministru ta rendikont tas-sejbiet sena b’sena sa mill-2013.
L-aktar ammont ta’ mowbajls issekwestrati kien irreġistrat fl-2015 meta b’kollox kien hemm 32 mowbajl, seba’ chargers, internet key u batterija.