18-il Kunsill Lokali jiġġieled kontra l-illitteriżmu

Total ta’ 18-il Kunsill Lokali ħareġ b’inizjattivi sabiex jiġġieldu kontra l-illitteriżmu. Dan qalu l-Ministru għall-Gvern Lokali Owen Bonnici hu u jwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Hermann Schiavone.

Schiavone staqsa liema kienu l-Kunsilli Lokali li organizzaw klassijiet jew laqgħat sabiex wieħed jiġġieled l-illiteriżmu matul din il-leġiżlatura. Bonnici spjega li l-Kunsilli Lokali kienu dawk tas-Siġġiewi, iż-Żejtun, Ħad-Dingli, Il-Gudja, Ħal Għaxaq, Ħal Kirkop, L-Imġarr, Tal-Pietà, Ir-Rabat Malta u x-Xgħajra. Intant spjega li l-Kunsill Lokali ta’ Bormla, Ħal Qormi, Ħaż-Żabbar, Il-Ħamrun, In-Naxxar, Santa Luċija, Santa Venera u Tas-Sliema organizzaw klassijiet u laqgħat flimkien mad-Direttorat għat-Tgħalim tul il-Ħajja.