18-il każ tal-coronavirus biss f’ġurnata fl-Awstralja

L-Awstralja illum mistennija tirrapporta l-inqas ammont ta’ każijiet ġodda tal-coronavirus fi tliet xhur, bi 18-il każ biss.

L-epiċentru tal-imxija tal-virus Victoria rreġistrat 14-il każ biss, inqas mill-21 każ tas-Sibt.

New South Wales u Queensland irrapportaw żewġ każijiet kull wieħed. Dawn huma l-inqas figuri mit-23 ta’ Ġunju ‘l hawn.

Il-Prim Ministru ta’ Victoria Daniel Andrews stqarr li dawn in-numri joffru tama u ottimiżmu lill-poplu Awstraljan. L-istat ta’ Victoria rreġistra 75% tal-26,900 każ li feġġew u 90% tal-849 mewt fl-Awstralja u ilu taħt lockdown mill-bidu ta’ Lulju.

Melbourne ukoll kienet taħt restrizzjonijiet riġidi li kienu jinkludu curfew u ordnijiet biex in-nies jibqgħu d-dar. Il-Ħadd dimostranti inġabru f’Melbourne fejn kellhom jitwaqqfu mill-kavallerija tal-pulizija.