18-il ħaġa li m’għandekx tgħid lill-maħbub jew maħbuba

Jekk inti f’relazzjoni oqgħod attent biex dawn l-affarijiet ma tgħidhomx lis-sieħeb jew lis-sieħba tiegħek.

Biex ikunu bħal ħaddieħor

“Għaliex ma tkun bħal dak jew dik?”, “qatt ma tasal tagħmel bħal dik/ dak”. Dawn il-kummenti juru li wasal iż-żmien biex tara r-relazzjoni fejn sejra. Is-sieħeb jew sieħba għandhom japprezzawk kif int.

Tieqaf minn xi ħaġa importanti għalik

Mhux aċċettat li s-sieħeb jew sieħba tkun tridek tieqaf minn xi ħaġa li lilek tagħmlek kuntent/a.

Titlaq mix-xogħol

Issaqsix lil persuna li tħobb biex tieqaf milli tkun ambizzjuża jew tibdel il-karriera speċjalment jekk hija xi ħaġa li l-persuna tħobb tagħmel. Jekk qed tħalli impatt negattiv fuq ir-relazzjoni jew il-familja din għandha tiġi diskussa.

Tnaqqasx il-valur tax-xogħol tas-sieħeb jew sieħba

Li tnaqqas il-valur tax-xogħol tas-sieħeb jew sieħba mhux tattika tajba. Jekk hemm nuqqas ta’ sigurtà fik innifsek dan m’għandux jaffettwa lis-sieħeb jew sieħba tiegħek. Inti l-persuna li huma jistgħu jitkellmu u jħossuhom komdi magħha.

Injora l-insulti li qed jgħaddu tal-familja

Jekk tal-familja qed jgħaddu diversi insulti fuq is-sieħeb jew sieħba tiegħek inti għandek tieqaf, tkellimhom u tfehemhom li dak huwa l-persuna li inti tħobb.

Inqas ħin mal-familja tas-sieħeb jew sieħba

Jekk inti ma tmurx tajjeb mal-familja tas-sieħeb jew sieħba naqqas il-ħin minn magħhom. Dan ma jfissirx li l-persuna l-oħra għandha tagħmel l-istess.

Il-ħbieb tas-sieħeb jew is-sieħba huma importanti

Jekk inti ma tmurx tajjeb mas-sħab is-sieħba jew is-sieħeb naqqas il-ħruġ minn magħhom. Billi ma jogħġbux lilek ma jfissirx li l-persuna l-oħra għandha taqta’ l-ħbieb kompletament.

Tkunx f’nofs sitwazzjonijiet familjari

Tużax lis-sieħeb jew is-sieħba tiegħek biex twassal messaġġi lil tal-familja. Jekk ma tistax tiffaċċjahom inti tużax lis-sieħeb jew is-sieħba.

Tgħid lill-persuna l-oħra biex tieqaf tibki

Jekk is-sieħeb jew is-sieħba tiegħek għandha problema tgħidilhiex biex iżżommha għaliha u ma titkellimx fuqha. Jekk xi ħadd jibki waqt argument it-tnejn li intom għandkom tieqfu u titkellmu l-affarijiet.

Tarax il-mowbajl tas-sieħeb jew sieħba

Inti m’għandek l-ebda dritt biex tara l-mowbajl jew l-emails tas-sieħeb jew sieħba. Il-privatezza hija importanti imma iktar minn hekk il-fiduċja f’dak li jkun.

Titkellimx fuq relazzjonijiet passati

Meta wieħed jitkellem fuq relazzjonijiet passati ħafna huma dawk li jispiċċaw jiġġieldu u jinbtu ħafna dubju u insigurtajiet.

Tagħmilx xi ħaġa li tbeżża’ lil dak li jkun

Jekk ma jirnexxilhomx jaffrontaw il-biżgħat tagħhom ħallihom. Inkuraġġihom imma stenna sakemm dak li jkun ikun lest.

Tagħmilx xi ħaġa li s-sieħeb jew sieħba ma tridx

Jekk is-sieħeb jew sieħba ma tkux trid tagħmel xi ħaġa tisfurzahiex. Din tista’ tkun xi ħaġa kemm fiżika kif ukoll sesswali. Għandu jkun hemm ir-rispett lejn il-persuna.

Ma jipptattikawx ir-reliġjon tagħhom

Wieħed għandu jirrispetta l-valuri u l-fidi tal-persuna. Hija importanti li wieħed jissaportja u jifhem il-valuri tal-persuna l-oħra.

Li tivvutaw l-istess

Il-politika m’għandhiex tkux xi ħaġa li tifred. L-ebda parti ma għandha tipprova tinfluwenza jew ġġiegħel lill-persuna l-oħra biex tivvota kontra dak li temmen fih.

Tbiddel l-ilbies

Jekk is-sieħeb jew is-sieħba libset xi ħaġa li hi tħossha tajba fiha m’għandekx tgħidlu jew tgħidilha tmur tbiddel.

Billi tkun irrabjat/a ma jeħilx/ teħilx is-sieħeb jew is-sieħba tiegħek

Jekk persuna rrabjatha ma għandux jeħel il-maħbub jew il-maħbuba tiegħek

Waqqaf ir-relazzjoni jekk ma tħossx li trid tkompli

Jekk tħoss li trid twaqqaf ir-relazzjoni aqbad u ħu l-inizjattiva u mhux titfagħha fuqkom it-tnejn.