​18,000 rapport kriminali minn barranin f’Malta

Persuni ta’ nazzjonalità li mhix Maltija għamlu 17,941 rapport kriminali mill-2013 sal-lum.
L-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru għas-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia għal mistoqsija tad-deputat Nazzjonalista Clyde Puli.
Għall-mistoqsija dwar każi ta’ serq irrappurtati li seħħew minn persuni barranin f’Malta, il-Ministru wieġeb li din l-informazzjoni mhux possibli tingħata għax iċ-ċttadinanza ta’ min wettaq ir-reat tkun magħrufa wara li jkun solvut l-każ.