177 persuna tressqu l-Qorti għax kienu qed isuqu fis-sakra

Il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li 177 persuna tressqu l-Qorti matul l-2019 għax kienu qed isuqu taħt l-effett tal-alkoħol.

Hu qal dan fi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari tal-MP Ivan Bartolo li staqsa għall-għadd ta’ persuni mressqa l-Qorti b’rabta ma’ dan ir-reat kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

Camilleri qal li f’Malta ttellgħu l-Qorti 151 persuna, filwaqt li f’Għawdex tressqu 26.