177 persuna ma jitħallewx jinżlu Katanja

Għalkemm il-bastiment tal-gwardjani tal-kosta tal-Italja, Diciotti, ilu fil-port ta’ Katanja mill-bieraħ flagħxija, l-ebda mill-177 immigrant li hemm abbord għadu ma niżel, hekk kif qed jistennew liem pajjiżi se jiħduhom wara l-battibekk jaħraq bejn Malta u l-Italja.

Dan kitbuh ġurnali Taljani, li saħqu li l-Italja mhux se tħalli l-immigranti jinżlu qabel ma l-Unjoni Ewropeja issib soluzzjoni biex jitqassmu l-immigranti.

Il-Ministru għall-Intern Taljan, Matteo Salvini, kiteb fuq il-paġna ta’ Facebook: “Qabel ma titolbu biex jiżbarkaw l-immigranti minn fuq Diciotti, naħseb aħjar tistaqsu għal spjegazzjoni mill-Brussel u mill-gvernijiet Ewropej.”

Huwa saħaq li meta kien hemm l-450 immigranti li niżlu f’Pozzallo Lulju li għadda, Franza biss żammet kelmtha billi ħadet 47 mill-50 li kellha tieħu. Malta, il-Ġermanja, Spanja, Portugal u l-Irlanda, li kollha kellhom jieħdu 50 immigrant, ma żammewx kelmthom.

Huwa kompla jgħid li l-Ewropa missha tiftaħ inkjesta fil-konfront ta’ stejjer t’immigranti li qalu li Malta qed issib l-immigranti, u mbagħad takkumpanjahhom u tabbandunahhom fil-baħar qrib l-Italja, f’kundizzjonijiet perikolużi.

*CASO DICIOTTI, EUROPA E IMMIGRATI. DICHIARAZIONE DEL MINISTRO MATTEO SALVINI*“Cronache dall’Europa che non c’è.A…

Posted by Lega – Salvini Premier on Tuesday, August 21, 2018